|
U l-Knisja l-Qadima tas-Salvatur? ...
>>
Studenta
Universitarja li toqgħod
Ħal Lija u li qegħda fil-kors tal-Arkitettura, għamlet studju dettaljat dwar
il-Knisja l-Qadima tas-Salvatur. Lil Dun Ġużepp Fenech għaddietlu xi rimarki,
li hu minn naħa tiegħu ppreżentahom fil-Kunsill Parrokkjali. Jiena bħala
Kappillan inħoss li għandi ngħaddihom lill-Kommunità
Parrokkjali tagħna.
>>
Dawn huma s-suġġerimenti :
>
Tikħil tal-ħajt tal-Knisja minn barra;
>
Bdil ta’ ġebel li xpakka u ħadid li ssaddad fil-ħajt ta’ madwarha;
>
Tindif minn imbarazz li hemm fil-ġnien;
>
Sistema ta’ drenaġġ fil-ġnien biex l-ilma ma jmurx fil-pedamenti tal-Knisja;
>
Xquq fil-bini taħt il-Koppla li jridu jissewew;
>
Tiswija tal-garigor;
>
Tibdil tal-ħġieġ tat-twieqi minn fejn qed jidħol l-ilma u jagħmel ħsara
fil-ħajt fuq ġewwa;
>
Titneħħa ż-żebgħa li hemm fuq il-bejt;
>
Jissewwa l-miżieb tal-bejt minn fejn jinżel l-ilma ħalli dan ma jċarċarx
mal-faċċata.
>>
F’dan l-istadju nħoss li m’għandi ngħaddi l-ebda kumment. Napprezza li nkun
naf x’inhi l-fehma tal-qarrejja.
Fr. David Gauci.
---------------------------------------------------------------------------------------------------
>>
Informazzjoni dwar xi xogħol
li sar fil-Knisja l-Qadima tas-Salvatur -- Grazzi għal
dawk il-voluntiera li taw
ħinhom
biex dan ix-xogħol
seta’ jsir ...
Tindif minn imbarazz li hemm fil-ġnien
ta’ din il-knisja;
Tibdil tal-ħġieġ
minn fejn qed jidħol
l-ilma u jagħmel
ħsara
fil-ħajt
fuq
ġewwa;
Tneħħiet iż-żebgħa li hemm fuq il-bejt;
Issewwa l-garigor.
Doris Attard.
|